Filmat: “Skoprejt talent ġdid” – Michela Pace

Jumejn qabel il-kunċert nazzjonali Malta Together

Michela Pace dalgħodu kienet f’kollegament ma’ Arthur Caruana waqt il-programm 103 Breakfast. Il-kantanta Maltija, waħda mill-finalisti tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju se tkun waħda mill-artisti li se jipparteċipaw fil-kunċert Malta Together li se jkun imxandar kemm online kif ukoll fuq TVM.

Michela tkellmet dwar kif is-sitwazzjoni tal-Covid-19 qed teffettwa lil Għawdex, speċjalment fi żmien il-Għid fejn b’differenza mis-soltu, kien hemm ħafna kwiet.

Il-kantanta żagħżugħa titkellem ukoll fuq l-esperimenti tagħha fil-kċina f’dan il-perjodu filwaqt li kantat live il-kanzunetta Say It First li hija kompożizzjoni tagħha u li hija ħarġet fi Frar flimkien ma’ B-OK.

Michela titkellem ukoll fuq l-arti fil-familja tagħha kif ukoll dwar dak li se jiġri l-Ħadd li ġej waqt l-avveniment ta’ Malta Together.

Hija twassal ukoll il-messaġġ tagħha lill-Maltin u l-Għawdxin proprju għal dawn iż-żminijiet partikolari, filwaqt li tiżvela l-ewwel ħaġa li tixtieq tagħmel la darba ħajjitna terġa’ lura għan-normal.

Segwi l-intervista kollha permezz tal-filmat.