Michela lejn Tel Aviv

Read in English.

Il-kantanta Michela Pace tinsab fl-Ajruport ta’ Malta biex minn hawn u ftit ieħor titlaq lejn Tel Aviv fl-Iżrael fejn se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi finali tas-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Għada t-Tlieta, Michela se tkun qed titla’ għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Eurovision fejn se tkun qed tagħmel l-ewwel provi tagħha.

Il-kantanta Għawdxija ta’ 18-il sena se tkun qed tinterpreta l-kanzunetta Chameleon ta’ Joacim Persson, Paula Winger, Borislav Milanov u Johan Alkanas.

Il-vidjo uffiċċjali tal-kanzunetta tagħha diġa kellu aktar minn 6.5 miljun view.

Awguri Michela!