Filmat: Michela Galea tirbaħ l-Għanja tal-Poplu 2018

Michela Galea rebħet il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, l-Għanja tal-Poplu 2018 bil-kanzunetta ‘Mhux Kulma Jleqq Deheb’, kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Renato Briffa. Il-messaġġ tal-kanzunetta hu li mhux kulma jlellex hu sabiħ u wara t-tlellix jaf ikun hemm realtà kompletament differenti.

Fit-tieni post ġiet il-kanzunetta ‘Mhux Kif Ħsibt’, interpretat min Dwett, bi kliem ta’ Giovanni Attard u mużika ta’ Pamela Bezzina u Alex Debono. Fit-tielet post ġiet il-kanzunetta ‘Allura’,  kitba ta’ Joe Chircop, b’mużika u interpretazzjoni minn Philip Vella.

Il-premju għall-interpretazzjoni  intrebaħ minn Monica Said li kantat kanzunetta ddedikata għan-neputija tagħha li ġiet addottata s-sena l-oħra mill-Indja.