Filmat: Michela fit-tieni konferenza stampa tagħha għall-Eurovision

Wara li Michela għamlet il-provi għas-sehem tagħha fi-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, il-kantanta Għawdxija ta’ 18-il sena tkellmet mal-ġurnalisti għall-konferenza stamopa li għaliha kien hemm ukoll id-delegazzjoni tagħha, mmexxija mis-Sur Charles Dalli, CEO tal-PBS.

Ritratt: Eurovision Radio International

Il-kantanta Maltija qalet li hi u t-tim tagħha għamlu l-aħjar li setgħu waqt li ddeskriviet il-provi tal-lum bħala ferm aħjar minn dawk ta’ nhar it-Tlieta li għadda. Stqarret li fil-provi ta’ nhar it-Tlieta kien hemm xi problemi tekniċi li wara ħafna provi, dawn għelbuhom.

Is-Sur Charles Dalli, CEO tal-PBS, u Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Eurovision qal li llum kien hemm problemi ta’ shots bil-camera li qed jiġu indirizzati biex sa’ dak inhar tal-Jum tas-Semi Finali tal-Ħamis, iwasslu l-wirja li kienu ħolmu biha.

Ritratt: Eurovision Radio International

Matul il-konferenza stampa ġiet spjegata l-wirja ta’ fuq il-palk li hija l-mod kif jimxu l-kamalajonte.

Michela waqt it-tieni prova. Ritratt: Eurovision Radio International

Waqt il-konferenza stampa, ġiet ukoll mistoqsija dwar il-karriera tagħha u għal darb’ oħra ġiet mitluba tkanta a cappella. Kien hawnhekk li l-parteċipanta Maltija l-ewwel għamlet biċċa minn Shallow, li biha kienet ħadet sehem ukoll f’X Factor Malta, kif ukoll ftit versi minn Inti Djamant.

Michela tkellmet dwar kif X Factor Malta għenha fil-karriera tagħha, u saħqet ukoll li l-Eurovision qd jgħinha wkoll turi l-versatilita tagħha bħala kantanta u mhux biss bħala kantanta tal-ballads.

Ritratt: Eurovision Radio International

Għall-mistoqsija b’rabta mal-kuntratt ma’ Sony Music Italy, Michela Pace stqarret li bħalissa qed jiffukkaw fuq il-Eurovision, iżda wara li tgħaddi din l-avventura, se jkunu qed jaħdmu fuq materjal ġdid li għandu jinħareġ fix-xhur li ġejjin.