Michel Vorm lura għat-taħriġ ma’ Spurs

Il-gowler Michel Vorm ingħaqad mill-ġdid ma’ Tottenham għall-bqija tal-istaġun wara li weġġa’ Hugo Lloris.

Vorm li għandu 35 sena telaq lil Spurs fis-Sajf għax spiċċalu l-kuntratt. Iżda seta’ jingħaqad mill-ġdid x’ħin ried għax ġie bħala free agent.Il-captain Lloris iddiżloka minkbu waqt il-logħba kontra Brighton ix-xahar li għadda u mhux mistenni jirritorna għat-training qabel ma tibda s-sena l-ġdida. Minħabba dan Paulo Gazzaniga spiċċa l-unika gowler disponibbli għal Spurs.