
In-negozjatur prinċipali tal-Unjoni Ewropea għal Brexit, Michel Barnier stqarr li nstab li għandu l-coronavirus.
Fi tweet, huwa qal li qed isegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet u ser jibqa’ f’iżolazzjoni.
Huwa spjega li jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajjeb u għadda messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk li huma morda jew qegħdin f’iżolament f’dan il-mument diffiċli.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.