Micheál Martin elett bħala Prim Ministru tal-Irlanda

Micheál Martin kien elett bħala prim ministru tal-Irlanda mill-parlament is-Sibt biex imexxi l-koalizzjoni fil-gvern. Il-koalizzjoni trid taħdem fuq ir-riperkussjonijiet ekonomiċi li ġabet magħha l-kriżi tal-coronavirus.

Il-partit ta’ Martin, Fianna Fail u Fine Gael, iż-żewġ partiti dominant tal-lemin ċentrali għall-ewwel darba se jkollhom jibdew jaħdmu flimkien f’koalizzjoni. Martin kellu diversi rwoli f’ministeri differenti fil-passat inkluż fis-setturi tas-saħħa, negozju, affarijiet barranin u l-edukazzjoni.

Hu kien elett bi 93 vot favur u 63 kontra.