Michael Mifsud jiffirma l-kuntratt għal ma’ Melbourne Heart

It-tim Awstraljan ta’ Melbourne Heart iffirma l-kuntratt għall-akkwist tal-plejer Malti Michael Mifsud. Il-kuntratt se jkun qed iżomm lill-Captain tat-tim Nazzjonali Malti għal sena.

Michael Mifsud lagħab ma’ bosta timijiet baranin fosthom Coventry, fir-Renju Unit u mat-tim Norveġiż ta’ Lillestrøm. B’kollox, Mifsud lagħab 99 darba mat-tim Nazzjonali Malti u skurja xejn inqas minn 37 gowl bil-flokk tat-tim Malti.

Ħafna li jsegwu l-futbol mhux ser jinsew iż-żewġ gowls li kien għamel kontra l-ġganti tal-Premier League Ingliż, Manchester United lura fl-2007.