Michael Gove jingħaqad fit-tellieqa għall-kariga ta’ Prim Ministru Ingliż

Il-Ministru għall-Ambjent Ingliż Michael Gove qal li se jikkontesta lil Boris Johnson għal siġġu li se jkun vakat mill-Prim Ministru Ingliż Theresa May wara s-7 ta’ Ġunju. Dawn il-politiċi kienu żewġ persuni prominenti favur it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea waqt il-kampanja ta’ Brexit.

Theresa May tħabbar meta se tirriżenja

S’issa tmien kandidati diġà ħabbru li se jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap tal-Partit tal-Konservattivi, magħrufin bħala Tories.

Meta kien qed jitkellem barra mid-dar tiegħu, Gove qal li llum jista’ jikkonferma li se jpoġġi ismu għal Prim Ministru tal-pajjiż.