Micallef jinħatar kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE

Facebook

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvat mozzjoni bla avviż li tressqet mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri dwar il-ħatra tad-deputat Laburista Jean Claude Micallef bħal l-Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE flok Konrad Mizzi.

Fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn, id-deputat Prim Ministru u leader of the House Chris Fearne kien innomina lil Konrad Mizzi għal din il-pożizzjoni madanakollu fil-ġurnata tal-bieraħ, il-Gvern ħabbar li se jkun qed jirtira l-mozzjoni wara li l-Partit Nazzjonalista mill-ewwel oġġezzjona bil-qawwa kollha għall-ħatra ta’ Konrad Mizzi.