Read in English.
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans qal li ċ-Ċermen tal-Valletta 2018 Jason Micallef għandu jixhed il-valuri Ewropej fit-tmexxija tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Timmermans kien qiegħed iwieġeb ittra li l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa bagħat lill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker. Fl-ittra, Timmermans jispjega li ċ-Ċermen jinħatar mill-awtoritajiet nazzjonali u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea ma tistax terfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li jgħid Ċermen nazzjonali tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Il-Kummissarju Ewropew Timmermansqal li l-missjoni ta’ belt kapitali tal-Kultura hija li trawwem ċittadini attivi u li tiżgura li d-demokrazija, il-libertà tal-istampa u l-istat tad-dritt ikunu rispettati bħala l-valuri ewlenin li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea (UE).
Timmermans spjega li l-Kummissjoni tikkundanna b’mod qawwi l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.