Mhux veru miet; qiegħed San Vinċenz

Wara li fl-aħħar jiem, Ġorġ Agius, magħruf bħala Ġorġ tal-Mużew jew l-Għannej tal-Mulej, iddaħħal l-isptar, beda jiġi rrapurtat li miet, madanakollu jidher li dan mhux minnu imma li hu ttieħed fir-residenza San Viċenz de Paul.

Qraba ta’ Ġorġ qalu li mill-bieraħ filgħodu hu ttieħed fir-residenza, filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw is-sapport tagħhom fi żmien diffiċli għalih. Sostniet li wara żmien jgħin lilhom, issa wasal iż-żmien li jgħinuh huma wkoll.

Jidher li miet Ġorġ Agius ieħor, li huwa Għawdxi u wkoll huwa magħruf bħala tal-mużew.

Ġorġ, li issa għandu 92 sena, għamel ħajtu jaħdem sabiex iferraħ persuni morda u anzjani kemm fl-isptarijiet f’Malta kif ukoll fid-djar tal-anzjani. Kienu bosta dawk li meta jmorru l-isptar kienu jiltaqgħu miegħu u kienu joqgħodu jisimgħuh joħloq xi tqabbila spirtupront.