Mhux veru miet Eddie Fenech Adami

Powst li qed tixxerred fuq Facebook li qed tgħid li miet l-Eks-President ta’ Malta Eddie Fenech Adami mhi xejn ħlief ħrafa.
Fuq Facebook, it-tifel ta’ Eddie Fenech Adami stqarr li missieru jinsab tajjeb ħafna u li din hija “storja bla sens”.
Mill-powst jidher li l-BBC huwa wieħed mis-sorsi li qed ixerred l-aħbar. Madanakollu l-aħbar mhijiex minnha u s-sit tal-BBC ma rrapporta l-ebda mewta.
Barra minn hekk, fil-powst l-isem “Eddie”  miktub ħażin hekk kif inkiteb l-isem ta’ “Edoardo”.