Mhux veru li se tissajjar lasagna ġganteska f’Wembley

Wembley mhux se jkun qed jagħmel platt lasagna ġgantesk biex jgħin lill-pajjiż waqt l-epidemija tal-coronavirus. Dan ikkonfermatu l-FA Ingliża.

Messaġġ fuq WhatsApp mar viral f’jumejn minħabba li l-messaġġ beda jgħid li l-Ministru tad-Difiża kien se jdawwar il-grawnd nazzjonali fi kċina biex tissajjar l-akbar lasagna tad-dinja. Għalkemm l-aħbar tinstemma xi ftit jew wisq tal-fantasiji, il-messaġġ beda jdur ġmielu fost l-Ingliżi.

Il-messaġġ b’leħen ta’ ġuvni kien jgħid xi ħaġa hekk: oħti u ħu l-għarus tagħha jaħdmu fil-Ministeru għad-Difiża u fost l-affarijiet li qed jagħmlu biex jippreparaw… hu li qed jagħmlu lasagna kbira. Fil-mument li qed nitkellem, huma qed jippreparaw l-għaġina rettangolari tal-lasagna.

Qed jixgħelu s-sistema ta’ sħana ta’ taħt il-grawnd ta’ Webley, dan se jkun qed isajjar il- lasagna, u se jkunu qed jgħalqu s-saqaf biex jikkreaw forn. Wara li ssir se jużaw id-drones biex itellgħuha ‘l fuq, jaqtgħawha f’biċċiet żgħar u jimpustawhom fid-djar tan-nies.

Billy McLean li għandu 29 sena kien il-persuna wara dan il-messaġġ falz. Hu ħoloq dan il-messaġġ bħala parodija għall-ammont ta’ informazzjoni falza li qed tittella’ fuq il-midja soċjali minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Hu ried jgħaddi l-messaġġ dwar kemm hu faċli li jinxtered il-fake news. McLean qasam il-messaġġ ma uħud minn sħabu f’ħin like nhar il-Ħamis li għadda u fi żmien ftit ħin daret bosta persuni.