Mhux veru li Papa Franġsiku ċempel lill-President Sirjan

Mhux minnu li Papa Franġisku għamel telefonata lill-President Sirjan Bashar al-Assad.

Il-kelliem tal-Vatikan Patri Federico Lombardi ċaħad  l-aħbar li dehret fuq il-ġurnal Arġentin Clarin, li rrapporta li saret telefonata bejn iż-żewġ kapijiet ta’ stat.

F’San Pietruburgu fir-Russja, bħalissa qed issir il-laqgħa tal-G20 b’fuq nett tal-aġenda hemm is-sitwazzjoni allarmanti fis-Sirja. Ġie kkonfermat li mhux se jkun hemm l-ebda laqgħa bejn il-President Amerikan Barack Obama u l-President Russu Vladimir Putin. 

Waqt il-laqgħa tal-G20, iċ-Ċina għamlitha ċara li intervent militari fis-Sirja se jwassal għal problemi ekonomiċi fosthom żieda fil-prezz taż-żejt. Min-naħa l-oħra, Franza qed tissuġġerixxi biex is-Sirja ma tkunx preżenti għall-ewwel parti tal-laqgħa tal-G20.