Mhux veru li l-coronavirus tinxtered bil-5G – NHS

Il-komunità xjentifika ikkundannat teoriji foloz li t-teknoloġija tal-5G b’xi mod tista’ tikkontribwixxi għall-imxija tal-coronavirus. Fir-Renju Unit kienu qed jinxterdu filmati li kienu qed jagħmlu dawn l-allegazzjonijiet.

Dawn il-filmati kienu qed jinxterdu fuq Facebook, YouTube u Instagram, bi profili verifikati li huma segwiti minn mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Xjentisti qalu l-idea li hemm xi tip ta’ konnessjoni bejn il-Covid-19 u l-5G hija bla sens u fuq kollox bijoloġikament impossibli.

Dawn l-allegazzjonijiet u teoriji ġew mlaqqma bħala l-agħar fost l-aħbarijiet tat-tip ‘Fake News’ mid-Direttur tal-NHS Stephen Powis