“Mhux vera li l-Gvern se jneħħi xi taxxa tad-dħul lill-bdoti” – Konrad Mizzi

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, xejjen rapport f’The Sunday Times of Malta li jgħid li l-Gvern offra lill-piloti tal-Airmalta l-opportunità li ma jħallsux taxxa fuq id-dħul parti mill-paga tagħhom.
L-artiklu jkompli jgħid li, skont sorsi tal-Gvern deskritti “infurmati sewwa”, dan iċ-ċans ġie propost mill-Ministru nnifsu, Konrad Mizzi, sabiex iwebbel lill-piloti jilħqu ftehim mal-amminitrazzjoni tal-Airmalta sal-aħħar tas-sena.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Mizzi kien ħabbar f’Settembru li għadda li l-ftehim kollettiv irid jiġi ffirmat sal-1 ta’ Jannar.
Is-sorsi, tirrapporta s-Sunday Times, qalulha li t-tneħħija tat-taxxa tad-dħul fuq partijiet mill-paga kieku tiġi kkalkulata skont kemm titjiriet iwettaq il-pilota.
Madankollu, dalgħodu l-Ministru fi tweet xejjen għalkollox din l-aħbar, anzi sejħilha “aħba iffabrikata”, jiġifieri vvintata.
Żied jgħid li l-Gvern mhuwa jikkunsidra xejn milli ntqal fl-artiklu.