“Mhux tassew li aċċettajt jew approvajt xi ħaġa” – Natalya

Ritratt: Facebook/NatalyaGaldes

Żball fl-għadd tal-voti fl-edizzjoni ta’ nhar il-Ġimgħa tal-konkors Miss Malta wassal biex Natalya Galdes irribattiet stqarrija tal-organizzaturi wara li huma ħabbru li hija ma kienitx ir-rebbieħa tat-titlu Miss Republic of Malta u li bi qbil magħha t-titlu għaddha għand Nicole Attard li rrappreżentat il-lokalità ta’ Attard.

L-istqarrija maħruġa

“Mhux tassew li aċċettajt jew approvajt xi ħaġa,” kitbet fuq il-paġna tal-profil tagħha fuq Facebook.

Hija kompliet tikteb li tinsab iddiżappuntata bil-falliment tat-tim organiżżattiv biex iwasslu r-riżultati korretti.

“Għalfejn ħadu jumejn ir-riżultati biex jiġu ċċekkjati? Fejn kien l-iżball staqsiet hi”.

Ritratt: Facebook/NatalyaGaldes