Mhux sorpriżi bil-konklużjonijiet – Chetcuti Cauchi

Google Maps

Read in English.

Il-kumpanija legali Chetcuti Cauchi qalet li ma kinitx sorpriża bil-konklużjonijiet tar-regolatur.

Huma kienu qed jirreaġixxu għal rapport tal-Uffiċċju tar-Regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment dwar l-allegazzjonijiet kontra d-ditta legali Chetcuti Cauchi li tqajmu fil-filmati mxandra fi programm televiżiv Franċiż.

Aqra: Ippubblikat ir-rapport Chetcuti Cauchi dwar l-allegat rabtiet mal-Gvern

Il-ġurnalisti Franċiżi kienu allegaw li l-avukati ta’ din id-ditta qalu li kienu jafu sew lil għadd ta’ persuni fil-Gvern inkluż il-Prim Ministru u b’hekk, fost l-oħrajn, setgħu jagħtu ċ-ċittadinanza permezz ta’ ‘garanziji poltiċi’.

Ir-rapport ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li Chetcuti Cauchi kienu parteċipi b’rabtiet mal-Gvern u li l-istess ditta legali qatt ma pproċessat applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija mingħand persuni b’rekord kriminali.

Aqra: Il-PM ma jippublikax l-ittra ta’ sospensjoni ta’ Chetcuti Cauchi

Id-ditta legali laqgħet ir-rapport li sostniet ikkonferma dak li qalet hi stess wara li ħarġu l-allegazzjonijiet mill-istazzjoni Franċiż. Sostniet li dejjem aġixxiet b’mod professjonali, etiku u diliġenti u qatt ma kisret il-liġi. Qalet li qed tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti skont kif inhi mitluba tagħmel.

Aqra: Aġenti taċ-ċittadinanza Maltija jiftaħru b’rabtiet mal-Gvern