Mhux sew għax mietli t-tifel inwarrab il-kumplament tal-familja …

F’dan iż-żmien tas-sena, l-iktar il-purċissjoni tad-Duluri, tal-Ġimgħa l-kbira u anke forsi xi film dwar il-passjoni ta’ Ġesù Kristu jfakkruna fid-dieqa li kwalunkwe omm tħoss meta titlef lil binha.

Ebda ġenitur ma jaċċetta li t-tfal imutu qablu. Għaxar snin ilu, Marie Louise Cilia, tilfet lit-tifel Stefan meta kellu 27 sena.

Tirrakkonta kemm fil-bidu kienet diffiċli għaliha taċċetta din ir-realtà il-ġdida. Waslet f’sitwazzjoni fejn ma kien jimpurtaha minn xejn u minn ħadd lanqas mir-raġel u t-tifla.

Xhur wara li miet Stefan irrealizzat li mhux sew għax mietilha t-tifel, għandha “toqtol” il-kumplament tal-famililja. Marie Louise ma tħarisx lejn il-passat b’ċertu rabja imma iktar bħala konsolazzjoni.

Għalkemm jiġu mumenti ta’ dwejjaq, Marie Louise tiġġieled magħha nnifisha anke għal ġid tal-familja.