Mhux se tarawh aktar fi Grey’s Anatomy

Justin Chambers. Ritratt: ABC/Bob D'Amico

Min isegwi s-sensiela Grey’s Anatomy żgur li se jibqa’ diżappuntat bl-aħbar li mhux se jkun qed jara aktar il-karattru ta’ Dr. Alex Karev. Dan għaliex Justin Chambers, l-attur li jinterpretah iddeċiċeda li wara kważi 16-il sena ma jibqax jinterpreta dan il-karattru.

Għadu mhux magħruf kif se jiġi spjegat it-tluq ta’ Dr. Alex minn din is-sensiela peress li l-aħħar dehra tiegħu fuq it-televiżjoni kienet fl-14 ta’ Novembru.

L-attur spjega li issa li jinsab ftit xhur biss ‘il bogħod minn għeluq il-50 sena jħoss li wara dawn is-snin kollha jixtieq jevalwa possibilitajiet oħra fil-karriera tiegħu.

L-aħbar li Chambers mhux se jkun qed ikompli f’din is-sensiela wasslet għal ħafna tgergri min-naħa tas-segwaċi tas-sensiela minn madwar id-dinja.