“Mhux se nservu ikel lis-Sindku”

Numru ta’ restoranti f’San Diego, l-Istati Uniti, tefgħu kartellun fuq barra li jgħid li mhux se jisserva ikel lis-Sindku ta’ din l-istess lokalità – Bob Filner. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab mixli li ta fastidju sesswali lil aktar minn mara waħda.

Fuq dawn il-kartelluni hemm miktub kliem bħal ‘rispett lejn in-nisa’ u li s-Sindku Filner, li għandu 70 sena, mhux milqugħ f’dawn ir-restoranti.

Fuq il-kartelluni hemm miktub hekk:

“Aħna nirrikonoxxu li hemm differenzi politiċi u inservu ikel lill-persuni ta’ twemmin differenti. Imma nemmnu ukoll li l-persuni għandhom standards. Is-Sindku ta’ San Diego, mhux se jinqeda minn dan ir-restorant. Aħna nemmnu li n-nisa għandhom jiġu trattati b’rispett.”