Filmat: Mhux se nkeċċi lil Schembri – Muscat

Miguela Xuereb

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux se jkun qed ikeċċi liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri. Dan wara li dalgħodu, Schembri rtira libell li kien fetaħ kontra d-deputat Nazzjonalista u Eks Kap tal-PN Simon Busuttil.

Dr Muscat twaqqaf mill-ġurnalisti llejla, hu u dieħel fil-Parlament. Huwa wieġeb l-ewwel mistoqsija tal-ġurnalista b’mistoqsija oħra, fejn talabha l-interpretazzjoni tagħha dwar dak li ġara fil-Qorti.

Żied jgħid li Keith Schembri qed iwieġeb il-mistoqsijiet kollha fl-inkjesta u li kkwota deċiżjoni tal-Qorti stess li tgħid li ladarba jkun hemm inkjesta m’għandhiex tingħata xhieda oħra. Stqarr li l-Maġistrat kellu kull dritt li ma jaqbilx ma’ dik l-interpretazzjoni tal-Qorti, u li Schembri mexa mal-parir legali li ngħata.

Mistoqsi mill-ġdid jekk hux se jkeċċi lil Schembri, il-Prim Ministru wieġeb lill-ġurnalista “Taqra wisq lil Simon Busuttil”. Tenna li Keith Schembri ma jistax iwieġeb għall-mistoqsijiet fl-apert u li ladarba tkun konkluża l-inkjesta, l-informazzjoni kollha tkun pubblika.

Tistaqsuhx aktar dwar 17 Black – l-avukati ta’ Keith Schembri

Keith Schembri, fi stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni rreaġixxa b’seba’ punti, fost l-oħrajn li waqqa’ l-libell kontra qalbu.

Waqqajt il-libell kontra qalbi – Schembri

Wara dak li ġara fil-Qorti, il-Kap tal-PN Adrian Delia talab għar-riżenja ta’ Schembri.

“L-ugwaljanza ma teżistix għal dawk qrib tal-PM”

Aġġornata: Schembri għandu jitkeċċa – Delia

X’ġara dalgħodu fil-Qorti?

Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rtira l-libell dwar 17 Black wara seduta mqanqla fil-Qorti tal-Maġistrati dalgħodu. Schembri kien mistenni jixhed dwar il-kumpanija bbażata f’Dubaj, bħala parti minn libell li fetaħ lil Simon Busuttil, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista, fuq allegat tixħim fl-2016.

Malli saritlu l-ewwel mistoqsija, Keith Schembri rrifjuta li jwieġeb fil-Qorti. Il-Maġistrat Victor Axiaq ordnalu jwieġeb u fakkru li jekk ma jagħmilx dan jista’ jkun hemm sanzjonijiet.

17 Black: Keith Schembri jirtira l-libell