Mhux se nittollera li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma – Peter Agius

Read in English.

L-eks kandidat tal-PN għall-Ewropa Peter Agius qal li mhux se jittollera aktar li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma fil-Partit Nazzjonalista.

Fuq Facebook illum, Agius qal li dalgħodu se jkellem “lill-atturi ewlenin”.

“Tistgħu ssibuni magħhkom għall-futur tal-PN, iżda mhux se nittollera aktar l-istatus quo,” qal Agius. Spjega li kellmuh ħafna nies imweġġgħin u diżappuntati mill-PN.

“Dan qed isir dejjem aktar diffiċli hekk kif il-pjattaforma tal-PN issir aktar dgħajfa fil-vuċi u fil-kredibilita’,” qal Agius.

F'dan il-ġranet kellmuni ħafna nies imweġġgħin u diżappuntati mill-Partit Nazzjonalista. Jien dħalt għall-politika…

Posted by Peter Agius on Friday, February 7, 2020

Kriżi fil-PN

Għal darb’oħra l-Kap tal-PN Adrian Delia qed jaffaċċja kriżi ta’ tmexxija.

Din id-darba kollox beda bir-riżultat ta’ stħarriġ tal-MaltaToday ippubblikat il-Ħadd li għadda u li ġie diskuss waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari l-Erbgħa filgħaxija li damet kważi ħames sigħat.

F’kummenti lill-ġurnalisti wara l-laqgħa Delia qal li filwaqt li ħa nota tal-istħarriġ li sar, se jkun qed imexxi lill-PN għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Wara fuq Facebook Azzopardi qal li jħossu mdejjaq, imqarraq u sorpriż immense b’rabta mal-kummenti ta’ Delia. Therese Comodini Cachia kitbet indirizzata lil Delia tgħidlu li r-riżenja tiegħu għandha twassal għal kapitlu ġdid fil-PN.

Robbert Arrigo u Kristy Debono ħabbru li se jirreżenjaw mill-karigi tagħhom fil-PN.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ma tkellimx ma’ Louis Galea fuq l-ittra li dan kiteb biex jibda l-proċess għal tmexxija ġdida fil-Partit.