Awdjo: “Mhux se nitlaq issa, la waqt u lanqas wara l-baġit” – Muscat

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li hu la se jitlaq issa, la waqt u lanqas wara l-baġit. Muscat qal dan waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista One Radio.

Fi tmiem l-intervista, hu qal kien hemm diversi nies li din il-ġimgħa waqqfuh u staqsewh jekk kienx se jirreżenja minn Prim Ministru.

Hu għamilha ċara li l-baġit huwa important mhux biss waqt li jkun qed jinkiteb iżda anki wara meta jiġi mplimentat.

Muscat qal li jrid jiżgura li l-baġit jiġi mplimentat għal ġid tal-poplu Malti kollu.

Rappurtaġġ sħiħ dwar l-intervista tal-Ħadd mal-Mexxej Laburista Joseph Muscat jinsab hawn:

Awdjo: “Il-Moneyval dejjem kienu kritiċi ta’ Malta”