‘Mhux se nipparteċipaw fis-smigħ ta’ Gafà għax diġà kollox deċiż’

Read in English.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Francis Zammit Dimech tenna li l-Partit Nazzjonalista mhux se jkun qed jipparteċipa fis-smigħ parlamentari għall-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija peress li jemmnu li l-għażla ta’ Gafà kienet ilha deċiża.

It-Tnejn li għadda tħabbar li l-Kabinett iddeċieda li jressaq lil Angelo Gafà għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Dakinhar il-PN ħabbar li ma kienx se jipparteċipa “f’dan it-taparsi proċess ta’ għażla.” Malta kellha seba’ kummissarji f’madwar 7 snin.

F’kummenti ma’ NET TV, il-midja tal-PN, Zammit Dimech qal li huwa ċar li l-Prim Ministru Robert Abela diġà għażel lil Gafà u li se jibqa’ ma jbiddel xejn. Ikkritika l-perjodu ta’ probation ta’ sena li se jkollu l-kummissarju li jmiss. Qal li dan irid joqgħod attent li jobdi lill-PM għax inkella jitkeċċa waqt il-probation.

“Dan xi proċess hu?” staqsa Zammit Dimech.

‪7 police commissioners in 7 years. And with the new rules in place, Robert Abela is ensuring he can easily make it 8 in…

Posted by David Casa on Tuesday, June 9, 2020

Il-Kabinett iddeċieda li jressaq lil Angelo Gafà għall-ħatra ta’ Kumissarju tal-Pulizija.

Fi stqarrija maħruġa fit-8 ta’ Ġunju l-Gvern qal li l-Kabinett tal-Ministri kkunsidra ż-żewġ kandidati li pproponiet il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Gvern ma qalx min kien it-tieni kandidat. Skont il-Gvern “il-Kummissjoni b’mod unanimu rreferiet il-lista mqassra għal żewġ kandidati lill-Kabinett tal-Ministri.”

Il-POU tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kabinett dwar Gafà

Il-Police Officers’ Union (POU) qalet li tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kabinett li nnonima lil Angelo Gafa’ għal ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

“Fl-aħħar snin is-Sur Gafà okkupa il-kariga ta’ CEO fil-Korp tal-Pulizija u bħala Union kellna l-opportunità li nitkellmu u niddiksutu miegħu kwistjonijiet importanti għal membri tagħna b’mod partikolari fuq il-modernizzar tal-Korp, fejn proprjament is-Sur Gafà kien talab għall-involviment tal-Unjins fil-fażi konsultattiva ta’ dan il-proġett,” qalet il-POU fuq Facebook.

“Bħal ma ġara ma’ kull Kummissarju preċedenti l-Police Officers’ Union ħa tkun lesta biex taħdem mas-Sur Gafà billi toffri proposti u meta tkun neċessarja kritika kostruttiva għal benefiċċju tal-membri tagħna,” qalet l-unjin.

Il-Police Officers Union' tilqa' id-deċiżjoni tal-Kabinett li fil-ġranet li għaddew innonimaw b'mod unanimu lis-Sur…

Posted by Police Officers Union on Wednesday, June 10, 2020