“Mhux se nipparalizzaw lin-negozji” – Il-PM dwar il-Moneyval

Robert Abela Kamra tal-SMEs
Pierre Sammut

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela wiegħed li l-operat ta’ negozji onesti u leġittimi mhux se jkun affettwat bl-implimentazzjoni tal-miżuri suġġeriti mill-korp ta’ kontra l-ħasil tal-flus tal-Kunsill tal-Ewropa Moneyval. Dan qalu ftit qabel Malta mistennija tgħaddi minn skrutinju li jista’ jpoġġiha fuq il-lista l-griża.

Abela wiegħed dan waqt laqgħa mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni tal-baġit tal-2021.

“M’aħniex se nweġġgħu l-fiduċja li għandhom in-negozji u nipparalizzaw l-operat tagħhom. B’dak kollu li għamilna, rajna li nżommu distinzjoni ċara bejn il-kriminalità organizzata u l-operat ta’ negozji leġittimi u onesti”, qal Dr Abela waqt li serrħilhom rashom li se jibqgħu joperaw b’politika favur in-negozji.

Wiegħed ukoll li l-Gvern se jippreżenta l-aqwa baġit possibbli f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Fil-laqgħa ddiskutew ukoll il-Libja. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-President tal-Kamra tal-SMEs Paul Abela aċċennaw għall-potenzjal tan-negozju li hemm fil-Libja. Il-President tal-Kamra enfasizza li n-negozji Maltin ma jridux biss jesportaw mil-Libja, imma anke jinvestu fil-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru enfasizza l-isforzi diplomatiċi li saru minn Malta sabiex tgħin lil-Libja tirkupra.