Mhux se nħalluhom ibagħbsu bl-elettronika fis-sistema elettorali – Puli

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli qal li t-tim li jieħu ħsieb l-aspetti elettorali fi ħdan il-PN skopra li tista’ tintuża sistema elettronika biex tkun modifikata is-sistema elettorali.

F’post fuq Facebook, Puli qal li mhu se jħalli l-ħadd jagħmel il-bżieq fuq imnieħer in-nies. Hu rrefera għall-artiklu li tellgħat il-Malta Independent u qal li hu perikoluż il-fatt li l-operaturi tas-sistema elettronika elettorali mmodifikaw s-sistema minn wara dahar kulħadd. Hu tenna li se jkun qed jiġġieled sal-aħħar mingħajr biżgħa mill-qerq, il-korruzzjoni u l-intimidazzjoni.