“Mhux se nħalli lil uliedi jagħmlu dak li tħallejt nagħmel jien”

father and daughter

Missier jirrakkonta kif tfulitu kienet differenti mit-tfulija ta’ wliedu, waqt li jinsisti li hemm bosta affarijiet li l-ġenituri tiegħu ħallewh jagħmel, u li hu żgur mhux se jħalli lil uliedu jagħmluhom.
Isemmi tliet esperjenzi li għadda minnhom:
Qatta’ xahar fl-Ewropa waħdu, meta kellu biss 14-il sena
Hu u sieħbu nkitbu għal kors tal-Ispanjol u apparti l-kors kellhom ħin bil-bosta sabiex jesploraw Spanja. Mingħajr irbit ta’ xejn u bla ma ħadd jikkmandahom, irnexxielhom jidħlu f’xi żewġ bawxati.
It-tfal tiegħu mhux se jħallihom isiefru waħedhom sakemm ikollhom xi ftit aktar minn 14-il sena.
Saq triq sħiħa waħdu fl-istess ġurnata li ġab il-liċenzja
Wara li saq triq sħiħa ftit sigħat biss wara li ġab il-liċenzja, sa ftit ġimgħat wara beda jħossu ħafna aktar kunfidenti. Saħansitra wasal biex isuq lejn l-iskola kuljum anke jekk ma kellux permess jagħmel dan.
It-tfal tiegħu se jħallihom isuqu waħedhom biss wara li jkunu saqu miegħu jew ma martu.
Litteralment lagħab man-nar.
Kien jogħxa meta kien jilgħab bil-murtali. Ġieli anka ħalltu xi murtali flimkien u ħolqu splussiv kemxejn perikoluż. Huwa jirringrazzja ‘l Alla li għad għandu l-għaxart iswaba’ kollha f’idu.
Żgur li t-tfal tiegħu mhux se jagħmlu dan, jew inkella tal-inqas irid ikun hemm hu magħhom.