“Mhux se nħalli lil Aquarius jidħol Franza” – Ministru

REUTERS/Christian Hartmann/File Photo

Franza mhux lesta li tħalli lill-bastiment ta’ salvataġġ Aquarius jidħol fil-port ta’ Marseille u jniżżel 58 immigrant. Dan qalu il-Ministru tal-finanzi Franċiz nhar it-Tlieta.

“Għalissa ir-risposta hija ‘le’”, qal Bruno Le Marie meta mistoqsi jekk uwx lest li jagħmel dan waqt intervista ma BFM news. Huwa qal li l-bastimenti għandhom jingħataw aċċess biex jimbarkaw fl-eqreb port Ewropew, u l-port ta’ Marseille, żied jgħid, mhux l-eqreb.