Mhux se nbiddel fehmti – Klopp

Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li se jibqa’ bl-istess fehma, iġifieri li fir-replay tal-FA Cup kontra Shrewsbury Town jilgħab it-tim ta’ taħt it-23 sena.

Liverpool spiċċaw il-logħba f’parità bl-iskor ta’ 2-2 kontra l-klabb ta’ League One. It-tieni logħba kontra l-istess tim se taħbat waqt iż-żmien ta’ waqfa f’nofs l-istġun tal-Premier League.

Klopp saħaq li mhux se jkun qed jieħu ħsieb lit-tim li se jkun qed jilgħab kontra Shrewsbury ix-xahar id-dieħel. Hu stqarr li jekk it-tim jirreaġixxi, jqum għall-okkażjoni u jsib mod ta’ kif jasal għall-għan li jixtieq, xejn m’hu se jinbidel.

Klopp kompla u qal li tliet ġimgħat ilu ddeċieda li lit-tim jagħtihom xi ġranet ta’ vaganza, ibbażat fuq ittra li rċivew f’April tal-2019. Hu qal li għalkemm jista’ jmur hu għal-logħba, it-tim ta’ taħt it-23 sena għandhom bżonn lill-coach tagħhom u mhux lilu.