Mhux se jsiru eżamijiet psikoloġiċi fuq it-tifla ta’ Camilleri

Fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ ta’ Emmanuel Camilleri, il-missier li allegatament ma’ abbużax lill-bintu u skonta sentenza priġunerija.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-eżaminazzjoni psikoloġika ta’ Leanne Camilleri, bint Emmanuel, li bix-xhieda falza tagħha wasslet biex missierha ntbagħat il-ħabs bi żball. Din it-talba saret mill-avukat ta’ omm l-imputata.
Ġimgħa ilu, Leanne tressqet il-qorti u ammettiet l-akkuża miġjuba kontra tagħha. L-Avukat ta’ omm Leanne qal li ma kienx konvint b’dak li ammettiet it-tifla, u li jekk ammettiet dwar xi ħaġa li ġrat fl-2004, ma kinitx responsabbli għax kienet taħt l-età.