Mhux se joħroġ fil-ħin ir-rapport dwar il-ġurnalist Għarbi

L-amministrazzjoni ta’ Trump indikat li hemm il-probabbiltà li mhux se jirnexxielha tlesti r-rapport dwar jekk l-amministrazzjoni hix se timponi sanzjonijiet fuq dawk responsabbli għall-qtil tal-ġurnalist Għarbi Jamal.

Il-leġislaturi Repubblikani u Demokratiċi ħolqu forniment dwar id-drittijiet tal-bniedem u semmewh Global Magnitsky. Permezz ta’ dan, il-leġislaturi taw lill-amministrazzjoni 120 ġurnata, iġifieri sat-8 ta’ Frar biex jirrappurtaw dwar min kien responsabbli għall-qtil tal-ġuranalist u jekk l-Istati Uniti kinitx se timponi sanzjonijiet fuq il-persuni involuti fil-każ.