Mhux se jixxandar isem il-qraba tat-tarbija Cristiano

Il-Qorti ordnat divjett fuq isem il-qraba kollha tat-tarbija abbandunata li nstabet f’San Pawl il-Baħar fis-7 ta’ Settembru.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li dan ifisser li l-ebda minn ismijiet il-qraba tat-tarbija ma jistgħu jixxandru.

Dan wara li nstabet omm it-tarbija lbieraħ, u kienet qed titkellem mal-Pulizija. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ appella lill-poplu biex ma jippontax subgħajh lejn l-omm, iżda jrid jikkunsidra l-irwol tal-missier ukoll f’dan kollu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.