Mhux se jitħallew viżitaturi fis-swali – Steward

Bil-għan li jħarsu l-pazjenti vulnerabbli fl-isptar Karin Grech u r-residenzi għall-anzjani ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-viżitaturi mhux se jitħallew jidħlu fis-swali tal-pazjenti. Dan jinkludi wkoll id-Day Hospital, ir-residenza ta’ Sant Anna u s-swali tal-Male Geriatric Ward fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan ħabbritu l-kumpanija Steward Health Care.

Il-viżitaturi se jitħallew jidħlu biss jekk il-pazjent tkun se ssirlu l-Griżma tal-Morda.

Bħala parti mill-miżuri ta’ prekawzjoni li qed jittieħdu, l-appuntamenti ġewwa l-isptar Karin Grech se jkunu skedati mill-ġdid. Il-każijiet urġenti se jiġu deċiżi fuq bażi ta’ każ b’każ.

Dan kollu se jidħol b’effett fit-12 ta’ Marzu 2020.

Steward Health Care talbet biex wieħed jifhem li qed jagħmlu li jistgħu biex jipproteġu l-pazjenti.