Mhux qed jitressqu biżżejjed kandidati nisa għall-Kummissarji Ewropej

Il-Kummissjoni l-ġdida Ewropea qed tirriskja li tibda t-terminu l-ġdida tagħha aktar tard miż-żmien stipulat minħabba li l-pajjiżi membri mhux qed iressqu biżżejjed nomini ta’ kandidati nisa.
Il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal li fost it-28 Kummissarji Ewropej, minn tal-inqas disa’ jridu jkunu nisa.
Għaldaqstant ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja biss innominaw kandidati nisa filwaqt li l-Italja u l-Bulgarija se jikkonfermaw in-nomini tagħhom.
14-il pajjiż fosthom Malta nnominaw kandidati irġiel.
Persuni prominenti fil-Kummissjoni Ewropea ġew irrappurtati li qalu li l-ugwaljanza fil-każ tan-nominazzjonijiet qed toħloq problema fil-ħidma tal-Kummissjoni.