“Mhux prattiku li tiddeporta 11-il miljun immigrant”

Fl-Istati Uniti, tnejn mir-rivali tal-kandidat għall-Presidenza Amerikana f’isem il-Partit tar-Repubblikani Donald Trump, sostnew li l-pjan tiegħu li jiddeporta 11-il miljun immigrant mhuwiex prattiku u joħloq il-firda.
Waqt dibattitu bejn il-kandidati tar-Repubblikani, John Kasich u Jeb Bush, ikkritikaw b’mod aħrax dan il-pjan. Meta Trump ipprova juża kontra-attakk, hu ma rċiviex l-appoġġ tal-udjenza preżenti.
Bħalissa fl-Istati Uniti, ir-Repubblikani għaddejjin mill-fażi li jagħżlu l-kandidati finali tagħhom li mbagħad se jikkontestaw kontra d-Demokratiċi għall-kariga ta’ President tal-Istati Uniti.
Donald Trump, biljunarju minn New York, qed jipproponi li jinbena ħajt fil-fruntieri tal-Istati Uniti mal-Messiku u li immigranti li jgħixu illegalment fl-Istati Uniti jkunu deportati.