Mhux permess nar tal-ajru għall-festa ta’ San Pawl

L-awtoritajiet ma tawx permess, għall-ħruq tan-nar tal-ajru, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Pawl li se tiġi ċċelebrata għada l-Ġimgħa.
L-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta qalet li xorta se ttella’ xogħol pirotekniku u nar tal-art biex tiggarantixxi spettakklu alternattiv lil dawk li jattendu.