“Mhux nisimgħu biżżejjed lill-għalliema” – Adrian Delia

Il-kandidat għal kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-pajjiż mhuwiex jisma’ biżżejjed lill-għalliema.
Dr Delia kien qed jitkellem dwar l-edukazzjoni f’waħda mill-attivitajiet tiegħu b’rabta mal-kampanja, u sostna li s-sistema edukattiva ħolqot stress konsiderevoli fuq l-istudenti iżda wkoll fuq l-għalliema.
Irrimarka li jekk ikun kap tal-Oppożizzjoni se jħabrek sabiex ikun hemm reviżjoni fis-sistema edukattiva, u għal dan m’hemmx aħjar mill-pariri tal-għalliema.
L-istqarrija ttemm tgħid li l-mod ġdid li jixtieq imexxi bih jassigura sistema edukattiva li taqdi lit-tfal, u mhux it-tfal jiddeffsu fiha biex jaqdu lis-sistema.