Mhux mistenni maltemp għall-bidu tas-sena l-ġdida

Bejn l-aħħar jum tal-2015 u l-ewwel jum tas-sena d-dieħla, huwa mbassar temp xemxi u parzjalment imsaħħab, b’ċans żgħir ta’ xita.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar tranżazzjoni pjaċevoli għall-2016 b’riħ ħafif u temperaturi moderati.
Huwa mistenni li l-ogħla temperaturi jlaħħqu s-17 u t-18-il grad celcius, b’umdità ta’ 86%.
It-tbassir tat-temp jindika li mhux mistenni maltemp li jħarbat iċ-ċelebrazzjonijiet għas-sena l-ġdida.