Mhux minnu li kien hemm każijiet ta’ coronavirus minn Ħondoq by Night – Il-Ministru

Facebook

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ċaħad li kien hemm każijiet ta’ coronavirus b’rabta mal-attività Ħondoq by Night.

Fuq Facebook, il-Ministru kkjarifika li din l-aħbar li bdiet tinxtered hija falza. Huwa ċaħad ukoll li hu u impjegati tiegħu jinsabu kwarantina.

B'referenza għal rapporti li dehru online, illi hemm nies infettati bil-COVID-19 b'rabta mal-attività Ħondoq By Night,…

Posted by Clint Camilleri on Saturday, August 1, 2020

Ħondoq by Night huwa festival annwali li jiġi organizzat fost l-oħrajn mill-Ministeru għal Għawdex fil-bajja tal-Ħondoq, fejn ikun hemm mużika u divertiment. L-aħħar edizzjoni tiegħu saret fil-25 ta’ Lulju.

Il-Ministru kien preżenti għal dan l-avveniment.

Huwa appella biex ma jinxteridx gideb ħalli ma jinħoloqx paniku mhux meħtieġ.

S’issa Malta għandha total ta’ 171 każ attiv tal-coronavirus, wara li lbieraħ tħabbru 21 każ ġdid. Din iż-żieda drastika fil-każijiet wasslet biex jitħabbru miżuri fuq l-attivitajiet tal-massa, fosthom li jrid ikun hemm spazju ta’ erba’ metri kwadri għal kull persuna. Il-marċi tal-festi u l-pellegrinaġġi tħassru.