Mhux milqugħ il-protest ta’ Hibernians FC

Valletta Fc jistgħu jkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom hekk kif il-protest ta’ Hibernians FC ma ġiex milqugħ.
Hibernians FC kienu għamlu protest fil-konfront ta’ Birkirkara FC biex jingħataw ir-rebħa u l-punti wara l-logħba ta’ nhar l-24 ta’ April.
Huma kienu tilfu l-logħba bi skor ta’ 2-1.
Fi stqarrija l-MFA qalet li l-protest ma ġiex milqugħ mill-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association.