“Mhux Malta, l-Italja u l-Greċja biss għandhom jilqgħu l-immigranti” – NGO

Mission Lifeline

Read in English.

Mhux Malta, il-Greċja u l-Italja biss għandhom jirċievu n-nies ifittxu l-ażil, imma anka Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu ċ-Ċermen tal-Bord tat-Tfittxija u Salvataġġ ta’ Dresden tal-Mission Lifeline, Alex Steier. Mission Lifeline hija NGO ta’ tfittxija u salvataġġ fil-baħar Mediterran.

“Nappellaw lill-Ministri għall-Intern tal-Unjoni Ewropea biex waqt il-laqgħa t’għada juru solidarjetà man-nies ifittxu l-ażil minn pajjiżi fi kriżi”, kienu kliemu fi stqarrija. Qal li l-Qbil ta’ Dublin, li jgħid li l-immigranti jibqgħu fil-pajjiż li waslu fih, għandu bżonn jiġi revedut.

Steier qal ukoll li d-Deklarazzjoni ta’ Malta tat-23 ta’ Settembru issa jrid jitpoġġa fuq bażi iżjed wiesa’. Din id-deklarazzjoni tgħid li pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja se jkunu preparati li jaċċettaw kwart tal-immigranti li jiġu salvati.

Aqra: Ritratti: Laqgħa kruċjali dwar l-immigrazzjoni f’Sant’Anġlu

Sostna wkoll li l-Libja m’huwix post sigur li tirċievi immigrant salvati, u għalhekk il-kooperazzjoni tal-Kosta Gwardjana tal-Libja trid tispiċċa. Barra minn hekk, qal li studji xjentifiċi ma jurux konnessjoni bejn il-missjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ u n-numru ta’ dgħajjes fi kriżi fil-Mediterran.

Il-Missjoni Lifeline se tkun qed titlob għall-paċi fid-9 t’Ottubru f’Nikolaikirche f’Leipzig.