“Mhux lesti” biex joħorġu edizzjoni oħra ta’ Charlie Hebdo

L-impjegati tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo li ġiet attakkata mill-militanti ftit iktar minn tliet ġimgħat ilu, ‘mhumiex lesti’ biex jippubblikaw l-edizzjonijiet li jmiss.
Dan minħabba li qed iħossuhom imnikkta u eżawriti.
Kelliema għar-rivista qalet li ‘għandhom bżonn iktar ħin, biex jitkellmu u jerġgħu jsibu posthom.
L-uffiċini tar-rivista Franċiża ġew attakkati wara li r-rivista ppubblikat karikaturi satiriċi tal-Profeta Mohammed.
L-attakki tas-7 ta’ Jannar ħallew 12-il persuna mejta.