Mhux kwistjoni ta’ taqbel jew le – Schembri dwar il-kuntratt ta’ Mizzi

Bonnici u Schembri dwar it-€80,000 ta' Konrad Mizzi

Read in English.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li l-kwistjoni tal-kuntratt ta’ €80,000 ta’ Konrad Mizzi mhix waħda li taqbel jew ma taqbilx dwarha.

Schembri qal lil Newsbook.com.mt li d-deċiżjoni dwar Mizzi ttieħdet fuq “livell politiku”. Schembri żied jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela kien ċar meta tkellem dwar il-kontabilità.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li sar jaf bil-kuntratt ta’ Konrad Mizzi mill-gazzetti.

Bonnici qal lil Newsbook.com.mt li hu jgħix b’paga ta’ ministru. Meta laħaq ministru fl-2013 għalaq l-uffiċċju legali tiegħu u ma jitħallasx għal-lectures li jagħti fl-Università ta’ Malta.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li lbieraħ skopriet bil-kuntratt ta’ konsulenza li ngħata Konrad Mizzi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Ilbieraħ it-Times of Malta żvelat li Mizzi tqabbad bħala konsulent mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) inqas minn ħmistax minn meta rreżenja mill-kariga ta’ Ministru għat-Turiżmu.

Filmat: Christoph Schwaiger