Awdjo: “Ma neskludix deċiżjonijiet iebsa dwar l-Arriva” – il-Ministru Joe Mizzi

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal li mhux jeskludi li jieħu deċiżjonijiet iebsa dwar l-Arriva, f'laqgħa li se jkollu llum waranofsinhar mal-kumpanija Arriva u ċ-Chairman ta' Transport Malta.

Il-Ministru Mizzi qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-futur tal-Arriva f'Malta.

Żied jgħid li dalgħodu diġà kellu laqgħa maċ-Chairman ta' Transport Malta wara li rċieva r-rapport finali dwar l-Arriva.

Fil-jiem li għaddew, il-Ministru Mizzi kellu wkoll laqgħat fit-Turkija.