“Mhux infurmat li hemm iktar minn persuna waħda akkużata b’assassinju” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux infurmat li hemm iktar minn persuna waħda akkużata b’assassinju u wieħed ma jistax jitfa’ akkużi fuq ċittadin privat.

Meta kien qed jitkellem fil-bidu tas-seduta tal-parlament, huwa qal li “meta niġi għas-Si u No, jien lest li jitkellem”.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex iressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront tiegħu u kien lestu li jressaqha għal dibattitu.

Huwa qal li “dan każ kbir u kbir ħafna u determinat li jkun konkluż under my watchful eyes”.

L-ewwel pass għandu jagħmlu l-Prim Ministru – Delia

Ftit qabel Adrian Delia stqarr li jekk kif dak li seħħ fil-pajjiż f’dan l-aħħar ġranet dgħajfu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż minħabba li hemm uħud mill-ogħla esponenti tal-gvern kienu nvoluti f’sensiela ta’ korruzzjonijiet li tefgħu lill-pajjiż f’paniku u l-Maltin qed jistennew u jsaqsu x’se jiġri fil-pajjiż. Hua qal li l-ewwel pass għandu jagħmlu l-Prim Ministru billi jerfa’ r-responsabiltà u ma jibqax Prim Ministru.

Muscat qal li ma ġiex se jidħol f’dibattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni u ċaħad l-insinwazzjoni li l-istituzzjonijiet mhux  qed jaħdmu għax sostna li l-pulizija qed jagħmlu xogħlhom b’indipendenza sħiħa.

Delia qal li l-Prim Ministru spiċċa  biex jirringrazzja lil min jikser il-liġi u li hu akkużat b’asassinju waqt li l-pajjiż ma jistax imur iktar lura, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fl-aħħar tal-battibek, l-Oppożizzjoni ħarġet ‘il barra mill-parlament.