Mhux ħiereġ għall-elezzjonijiet tal-PE

L-eks-Viċi-Prim Ministru u eks-Kummissarju ewropew għas-Saħħa, Tonio Borg, ċaħad ma’ Newsbook.com.mt li interessat biex jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla.
Fl-aħħar jiem kien hemm ix-xnigħat li Borg kien imħajjar biex jitfa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjonijiet biex il-poplu Malti jagħżel l-Ewroparlamentari tiegħu.
Mistoqsi jekk kienx qed jikkunsidra n-nomina tiegħu, Borg wieġeb li għadu interessat fil-politika, iżda mhux se joħroġ għal din l-elezzjoni.
Sostna li bħalissa huwa assistent lettur fl-Università ta’ Malta.
Min-naħa l-oħra, Newsbook.com.mt ikkuntattja wkoll lill-eks-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, Joe Borg, iżda dan qal wukoll li mhuwiex interessat.