Mhux ħatja li serqet u li tlajjat għall-prostituzzjoni

Mara ta’ 46 sena ma nstabitx ħatja li serqet u li tlajjat għall-prostituzzjoni.
Dan wara li r-raġel li allega li kien insteraq waqt li kien mal-mara fil-Qawra ma ġiex emmnut.
Il-każ seħħ f’Jannar tal-2016 wara li r-raġel mar jirraporta li nsterqitlu ġiżirana u €300 flus kontanti.
Huwa kien irraporta li l-mara, li ma kienx jafha stednitu jidħol għandha u xħin daħal mar raġel fuqu u talbu jagħtih l-affarijiet.
Madankollu x-xhieda tiegħu ma qablitx, hekk kif qal li l-mara kienet ħabibtu u ġieli ċemplitlu biex imur jieħu kafè.
Żied jgħid li ma kienx mar jirraporta mill-ewwel għax ra raġel jimxi warajh u qal li mar jirrapporta ħmistax wara.
Min-naħa tagħha kemm-il mara kif ukoll ir-raġel qalu li m’għandhomx x’jaqsmu mal-każ.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, ikkonkludiet li x-xhieda tar-raġel ma kinitx kredibbli minħabba l-verżjonijiet diferenti bejn ir-rapport tal-Pulizija u x-xhieda tiegħu fil-Qorti.