Mhux ħatja li rreżistiet lill-pulizija

Ukrena ta’ 27 sena nħelset mill-akkużi miġjuba kontriha wara argument li kellha mal-pulizija xħin kienet fuq karozza tal-linja f’San Ġiljan sentejn ilu.
Dan wara li x-xufier ma riedx li l-mara titla’ fuq tal-linja jew ma tagħlaqx il-pushchair fejn kien hemm it-tarbija rieqda.
Hija ġiet akkużata li attakka, irreżistiet lill-pulizija waqt l-arrest u kissret il-paċi pubblika.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke osserat li meta marru l-pulizija, il-mara ma kienet qed tagħmel xejn ħażin u għalhekk l-arrest kien illegali. Saħqet li ħadd ma jista’ jittieħed l-għassa kontra r-rieda tiegħu sakemm ma jkunx hemm mandat ta’ arrest. Għaldaqstant il-Qorti sostniet li l-mara kellha kull dritt li ma tobdiex lill-pulizija.